Il-Kunsilliera Nazzjonalisti fil-Kunsill Lokali ta’ Ħal Lija ħadu l-inizjattiva sabiex ix-xogħol siewi tat-tobba u infermiera f’dawn l-aħħar ġimgħat jiġi rikonoxxut.
Għaldaqstant, huma nnominaw lil Dr. Charles Mallia Azzopardi għal Ġieħ Ħal Laija 2020. It-tabib huwa l-Kap tat-Taqsima tal-Mard li Jittieħed fi dan l-Isptar Mater Dei u ilu jokkupa din il-kariga sa mill-1997.
Dan l-aħħar huwa kellu sehem importanti fil-preparazzjoni ta’ Mater Dei sabiex jilqa’ għal pandemija tal-COVID-19. Għaldaqstant il-Kunsill immexxi minn maġġoranza Nazzjonalista qed jimbotta sabiex is-sagrifiċċji tiegħu jiġu ppremjati iżda mhux biss.
Dan għaliex huma wrew ix-xewqa wkoll sabiex il-Kunsill Lokali mmexxi mis-Sindku Anthony Dalli jirrikonoxxi x-xogħol siewi ta’ diversi tobba, infermiera, carers, spiżjara, cleaners, xufiera u staff ieħor li huma residenti f’Ħal Lija u jaħdmu fis-settur tas-saħħa.
//= $special ?>