Lokali

Il-PN jiddiżassoċja ruħu minn sejhiet għal bojkot

Il-Partit Nazzjonalista iddiżassoċja ruħu kompletament minn kull sejħa għal bojkot jew għażla ta’ negozji fuq oħrajn fl-iskema tal-vouchers tal-Gvern.

Fi stqarrija f’isem il-Kelliema tal-Oppożizzjoni għall-Ugwaljanza Vera u Sħiħa Claudette Buttigieg, il-Partit Nazzjonalista qal li bħalma ġbidna ħabel wieħed fil-kriżi tal-pandemija tal-Covid-19, għandna nagħmlu l-istess fl-isforzi kollettivi tagħna bħala poplu wieħed biex l-ekonomija ta’ pajjiżna tqum fuq saqajha.

Il-Partit Nazzjonalista tenna li l-valur tal-ġid komuni għandu jirbaħ dejjem fuq kull forma ta’ tribaliżmu politiku.