Lokali

ILLEJLA: Diskors tal-Kap tal-PN fil-Parlament

Illejla fis-6pm, il-Kap tal-PN Adrian Delia se jkun qed jindirizza l-Parlament, f’diskors dwar il-miżuri li tħabbru mill-Gvern nhar it-Tnejn.

Dan id-diskors se jkun qed jixxandar b’mod dirett waqt il-programm NETLIVE tal-lejla.

Is-seduta, li se tiffoka biss fuq dawn il-miżuri, se tibda b’mod normali fl-4:30pm.

Hu mistenni li d-dibattitu jinfetaħ mill-Ministru tal-Finanzi u jingħalaq mill-Prim Ministru.

Deputat li żgur li mhux se jkun preżenti għal dan id-dibattitu hu Konrad Mizzi, li għalissa għadu fi kwarantina wara li lbieraħ ġie lura Malta b’titjira minn Londra.

Ritratt: Matthew Tabone