Lokali Parlament

Illum qabel għada rridu nfasslu futur aħjar

Il-Kap tal-PN Adrian Delia

Il-Kap tal-PN Adrian Delia sostna fil-parlament li llum qabel għada l-pajjiż irid ifassal futur aħjar.

Adrian Delia qal li kull persuna jixtieq futur aħjar għall-familji u l-investimenti rispettivi. Hu qal li qabel id-diskors kien fuq il-ġenerazzjonijiet futuri iżda issa d-diskors hu fuq għada biss.

Jeħtieġ nitkellmu lil hinn minn għada, sostna Adrian Delia, li kompla li hawn ħafna fil-baħar imqalleb iżda l-gvern mhux jgħinuhom u mhux joffri s-soluzzjonijiet għal wara l-immedjat. Il-PN irid isalva lil dawk li jinsabu fil-baħar imqalleb.

Il-Kap tal-PN kompla li Malta qed tiffaċċja kriżi ekonomika enormi u sostna li dak li pprepara l-gvern xejn ma għin biex ikun hemm il-viżjoni meħtieġa. Hu kompla li jrid ikun hemm għajnuna lil dawk li qed ibati bla ma jitħallew kategoriji barra; jeħtieġ investiment fil-ħaddiema Maltin.

Il-gvern qed jagħti sostenn għal min qiegħed f’agunija u ma jgħid xejn lill-oħrajn. Jeħtieġ li l-industrija jkollha boxxla biex timxu fuqha; il-gvern dejjem emmen li jgħix illum u mbagħad jara għada. Din l-ekonomija ħadmet bis-setturi li kienu nħolqu qabel l-2013 iżda issa qed jinħolqu problemi oħra.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni kompla li l-PN appoġġja fl-istruzzjonijiet tal-awtoritajiet tas-saħħa u kien ukoll propożittiv. Il-gvern jidher li hu mifni bi kriżijiet li ħoloq hu stess fejn il-Prim Ministru ma jagħtix widen għad-Deputat Prim Ministru u jrid ikeċċi lid-deputat mexxej Laburista iżda għadu ma neħħieħx.

Il-Prim Ministru hu mgħobbi b’Konrad Mizzi li ffirma l-aktar kuntratti oxxeni u faqa’ l-kaxxa ta’ Malta b’dejn enormi li ħarab u issa reġa’ ġie wara xahrejn. Illum il-kabinet kollu li qed jiġi investigat fuq miżapprijazzjoni tal-fondi pubbliċi; qed jużaw fondi pubbliċi propju meta l-poplu l-aktar li għandu bżonn u l-familji għandhom diffikultajiet.

Il-Kap tal-PN tkellem fuq l-impatt tal-COVID fuq id-dinja tax-xogħol u qal li l-gvern qed jgħid li salvaw 100,000 impjieg. Ma jridux jgħidu kemm naqas in-numru ta’ impjegati.

Il-Ministru Evarist Bartolo stess qal li se jitilqu 530 ħaddiema ħaddiema barrani li ngħaqdu mal-2,000 l-oħrajn li telqu fil-ġimgħat li għaddew. Fil-fatt hemm telf ta’ 10,000 post tax-xogħol.

Il-gvern ibbaża t-tkabbir tal-ekonomija fuq l-10,000 ħaddiem barrani fis-sena. It-tkabbir kien jiddependi mill-konsum u l-gvern ma ħoloqx negozji ġodda u kien iġib iktar biex biex jonfqu iktar. Din ikkontribwiet għal 90%.

Hu semma’ t-turiżmu u qal li jirriżulta li jiġu 50,000 turist kuljum u kien hanw 50,000 barrani jaħdem fil-pajjiż Issa t-turiżmu miet u l-barranin qed jitilqu b’konsegwenza li hawn 100,000 inqas biex jonfqu. Din tfisser telf ta’ €100 miljun fix-xahar iżda fil-minibudget il-gvern ma qal xejn dwar dan.

Hawn 11,000 persuna bla xogħol bħalissa. Il-mudell ekonomiku tal-gvern mhux sostenibbli għax diġà hawn ħafna nies fil-pajjiż u għax is-sitwazzjoni mhix sostenibbli.

Il-gvern qed jhedded li mhux se jkun hawn pensjonijiet jekk jitilqu l-barranin. X’alternattiva offra l-gvern f’dan il-budget? staqsa Adrian Delia, li qal li l-gvern poġġa r-riskju f’ekonomija bbażata fuq tkabbir tal-popolazzjoni. Il-gvern qed jikkwota 4,000 biss bħala ħaddiema bla xogħol u mhux jirrikonoxxi is-7,000 l-oħra li jsemmi l-NSO.

Adrian Delia semma’ l-wage suppliment li kien estiża sa Settembru u qal li l-gvern hu reattiv u selettiv. Għaliex dan ma sarx qabel biex il-pjani setgħu jsiru aħjar?, staqsa l-Kap tal-PN. Kien hemm 172,000 ħaddiema li jaħdmu mal-privat li minnhom tħallew 100,000 ħaddiem barra mill-għajnuna.

Hu semma’ l-bdiewa, r-raħħala, s-sajjieda, l-aġenti tal-propjetà il-professjonisti u setturi oħra u qal li dawn kienu effettwati ħażin ħafna

Dwar it-tnaqqis ta’ €1,500 fuq il-kont tal-dawl tan-negozji, il-Kap tal-PN sostna li din hi miżura li saret fil-perjodu ħażin għax il-poplu qed jinsteraq €96 miljun fis-sena minħabba l-kuntratti li għamel Konrad Mizzi. Il-poplu se jieħu voucher €100 iżda għall-magħżula hemm €5,000 il-ġimgħa.

Il-Kap tal-PN qal li l-gvern suppost qed jippjana kif se jġib it-turisti minn barra iżda jidher li l-gvern m’għandu ebda proposta kif iġib it-turisti lejn Malta. Il-gvern qed juża l-fondi tal-poplu għalih flok għall-poplu.

Hu semma r-roħs tal-fuel u qal li fi żmien gvern Nazzjonalista qabel l-2013 il-prezz tal-fuel kien ferm ogħli iżda issa dan raħas għalxejn. Il-gvern qed jisraq lill-poplu għaliex il-fuel suppost jorħos bi 30ċ u mhux b’7ċ biss. Il-pajjiż illum għandu l-aktar arja mniġġsa u l-aktar prezzijiet ogħlja tal-fuels.

Il-Kap tal-PN semma l-għajnuna għall-kirjiet u qal li fil-pajjiż hawn problema kbira ta’ kirijiet soċjali u tan-negozji li għolew immens. Hawn anzjani fil-preċipizju tal-faqar iżda l-gvern tilef kull polz tal-poplu li jinsab fil-bżonn.

Adrian Delia semma’ l-proposti li ressaq il-PN tul il-kriżi tal-COVID-19 fosthom it-naqqis ta’ 50% fil-kontijiet kollha tad-dawl u l-ilma għaliex il-familji jinsabu bil-bżonn. Il-pajjiż iffranka €96 miljun li jfisser kont b’xejn għal sitt xhur jew 50% għal sena.

Fl-iktar mument ta’ bżonn hemm eluf ta’ negozji li jinsabu bla għajnuna iżda l-piżijiet għadhom l-istess. Il-PN ressaq 100 proposta tul dan il-perjodu.

Il-Kap tal-PN kompla li l-gvern jikkunsidra r-rebate fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma anki minħabba li l-perzz taż-żejt illum niżel taħt l-20 dollaru kull barmil. Minimu ta’ sitt u massimu sakemm jitla’ l-prezz jew jirpilja s-suq. Il-gvern għandu jraħħas il-prezzijiet tal-fuels biex jirrispettaw is-suq. Il-kalkolu hu li dan ir-roħs ikun 30ċ.

Il-PN qed jipproponi wkoll proposta dwar enerġija alternattiva u miżura b’rabta mat-tnaqqis fil-prezz tal-ilma issa li l-familji qed jużaw iktar ilma. Il-gvern għandu jraħħas ir-renta tal-ilma u d-dawl għan-negozji. Il-PN qed jipproponi wkoll li jieqaf is-serq fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma, li jsir pakkett ekonomiku għal Għawdex, għajnuna għall asoċjazzjonijiet sportivi, appoġġ għas-saħħa mentali u għajnuna għall-media, għall-bdiewa, sajjieda u raħħala.

Hu semma’ proposti għall-familji Maltin u qal li din għandha tkun estiża għan-negozji li intlaqtu, għajnuna għall-iskejjel privati u tal-knisja, għas-sidien li jikru biex jingħata moratorju, pjattaforma diġitali għall-akkademiċi, appoġġ għall-ngos u għajununa lill-food banks.

Il-gvern semma’ fuq fuq biss lil dawk li kienu frontliners u appella biex dawn jingħataw l-appoġġ meħtieġ. Fl-aħħar ġranet kien hemm istanzi ta’ mibgħeda fejn il-Kap tal-PN appella biex il-parlament jingħaqad flimkien fil-ġlieda kontra l-mibgħeda kollha.