Lokali Parlament

Jeħtieġ tieqaf il-mibgħeda fil-pajjiż

Claudette Buttigieg, PN

Id-deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg sostniet li għandha tieqaf il-mibgħeda li qed tikber fil-pajjiż.

Fl-Aġġornament fil-parlament Claudette Buttigieg qalet li fil-pajjiż hawn żieda sfrenata ta’ attakki ta’ mibgħeda u qalet li l-probelma ġejja minn fuq nett fejn il-prim ministru flok jgħid kif se jqajjem l-ekonomija, juża żmien ta’ 24 minuta biex jattakka lill-PN għax jagħmel xogħlu.

Hi semmiet il-media li talbet li ssir investigazzjoni fuq użu ħażin ta’ fondi pubbliċi fejn irriżulta li għaddejja inkjesta pubblika dwar kif membri tal-kabinet jużaw fondi pubbliċi biex jippromwou lilhom innfushom.

Id-deputat Nazzjonalista kompliet li li kien biss il-Kap tal-PN li appella biex jinbidel dan it-ton għalkemm il-Ministru Evarist Bartolo deher japprova dan id-diskors. Mill-bqija ħadd ma jimpurtah għaliex il-poplu jinteressah biss x’se jieħu f’dawn it-tliet xhur li ġejjin.

Hi tkellmet dwar il-valuri fil-politika u qalet li l-PN qed jiddiżasjoċa lilu nnifsu minn xi bojkott iżda ħadd mill-gvern ma qal biex ma jkunx hemm distinzjoni bejn in-negozji fil-mod kif jintużaw il-vouchers. Id-deputat Nazzjonalista kompliet li l-messaġġ qed jasal.

Claudette Buttigieg sellmet lil Angelo Coleiro u lil Terry Muscat, żewġ persuni transgender u qalet li hi emendat il-kostituzzjoni biex kull persuna tkun intitolata għad-drittijiet tagħha irrispettivament mir-razza, sess, orjentazzjoni sesswali u tal-ġeneru. Dan ifisser li ħadd ma jista’ jiddiskrimina kontra persuni transgender, sostniet Claudette Buttigieg, li kompliet li l-liġi qed tinkiser fil-konfront tal-attakki kontra Angela Coleiro. Għalhekk il-pulizija jridu jħarsu lejn il-liġi meta jinvestigaw dan il-każ.

Dwar il-każ ta’ Terry Muscat, id-deputat Nazzjonalista qal li ħadd m’għandu dritt li jitmejjel b’Terry. Dan hu totalment inaċċettabbli, sostniet Claudette Buttigieg, li kompliet li lil żewġ żgħażagħ qalulhom li għandu jsir gang rape fuq it-tfajliet waqt li lill-guvintur ituhom xebgħa baseball bat. Hi kkundannat lill-persuna ta’ kulur li kellha kartellun kontra tfajliet bojod. Il-ħażin jibqa’ ħażin irrispettivmnet mill-kulur tal-ġilda.

Id-deputat Nazzjonalista appellat biex id-deputati ma jrewħux fuq ġamar li qed isir nar; għad jiddispjaċina bil-kbir. Jeħtieġ niċċeleberaw id-differenza bejn xulxin.