Lokali Parlament

L-injezzjoni ekonomika hi biss ta’ €300 miljun

Claudio Grech, PN

Id-deputat Nazzjonalista Claudio Grech qal li minkejja li l-gvern qed jippropoganda bi slogan ta’ €900 miljun, fil-verità l-injezzjoni ekonomika hi biss ta’ €300 miljun.

Fil-parlament Claudio Grech qal li l-miżuri li tħabbru huma miżuri li se jinċentivaw il-konsuma u jimbuttaw l-impjieg fuq bażi temporanju. Kull għajnuna li tingħata biex iddur ir-rota ekonomija hi għajnuna meta l-operaturi ekonomiċi ħadu daqqa kbira fl-aħħar xhur.

Hu kompla li l-PN irid jitkellem fuq ir-realtà u mhux fuq l-illużjoni, li jkun hemm pjan fit-tul u jkun hemm ir-rieda li l-pajjiż ma jmurx lura għall-mudell ekonomiku mibni fuq il-konsum u l-iżvilupp.

Id-deputat Nazzjonalista rrifera għas-slogan ta’ €900 miljun għall-mini-budget u qal li dawn m’huma €900 miljun xejn għax bl-istess mod kif meta tħababr it-tieni pakkett il-gvern kien semma’ ċifri enormi iżda l-għajnuna lill-industrija hi ferm iqnas inqas.

Bejn l-ewwel u l-aħħar miżuri jakkumuaaw €600 miljun li huma f’differiment tat-taxxa; il-gvern mhux jaħfer din it-taxxa. L-aħħar proposta hi €400 miljun ta’ investiment fiż-żoni industirjali; spiża kapitali li se ssir fuq tmien snin. Il-gvern diġà qal li f’Ottubru li se jagħmel budget ieħor.

L-ammont jinżel għal €300 miljun bħala injezzjoni ekonomika, sostna Claudio Grech, li kompla li ammont sostanzjali ta’ miżuri huma tajbin għax deputati tal-PN għamlu diversi proposti kontinwi ill-gvern.

Id-deputat Nazzjonalista qal li l-gvern kien ikkritika l-proposti tal-PN biex illum spiża jaddotthom. Il-gvern irrikonxxa l-ħidma tal-PN u aċċetta numru ta’ proposti.

Hgu qal li l-parti l-kbira tal-intrapriżi ntlaqtu wħud minhom bi kbir ħafna u oħrajn li kienu jiddependu minnhom anzi jekk ma kienux direttament mit-turiżmu. Għall-gvern dawn ma jeżistux. Fil-każ tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma, il-gvern m’għinx lill-familji minħabba li hemm l-azzjonisti Ċiniżi. Il-gvern mhux se jgħin lil kuklħadd.

Dwar il-miżuri tal-fuels, id-deputat Nazzjonalista qal li dawn iridu jorħsu bi 30 ċ u mhux 7ċ biss. Kien hemm nuqqas ta’ għajuna li huma bla xogħol jew li se jispiċċaw bla xogħol.

Id-deputat Nazzjonalista semma’ l-klassi tan-nofs u qal li din illum intnesiet iżda l-akbar punt ta’ tħassib fil-mini-budget hu qed iħares biss lejn l-immedjat. Hu appella biex il-gvern imur lejn ekonomija mibnija fuq il-valur miżjud iżda l-gvern m’għandux proposti dwar l-innovazzjoni, l-ekonomija l-ħadra, in-negozji l-ġodda, żvilupp sostenibbli, l-aġenda diġitali, setturi ġodda, l-Air Malta, il-finanzi tal-UE u Għawdex.

Claudio Grech qal li l-PN ressaq proposta biex titwaqqaf task-force bejn il-gvern u l-Oppożizzjoni iżda l-gvern lanqas biss ta risposta dwarha.