Lokali

Proċess ta’ konsultazzjoni dwar it-tisħiħ tal-komunitajiet

Wara li l-Ġimgħa li għaddiet, il-Kap tal-Partit Nazzjionalista, Adrian Delia ħabbar it-twaqqif ta’ 14-il-grupp ta’ azzjoni biex ifasslu l-politika tal-Partit Nazzjonalista f’diversi oqsma, diġà bdiet ħidma ta’ konsultazzjoni mal-pubbliku. 

Il-persuni responsabbli mill-grupp dwar it-tisħiħ tal-kommunità poplazzjoni, integrazzjoni u immigrazzjoni, Karl Gouder u Alessia Psaila Zammit, nedew email fejn il-pubbliku jista’ jibgħat l-ideat tiegħu u qed iħeġġu l-pubbliku jibgħat is-suġġerimenti tiegħu fuq community@pn.org.mt sal-aħħar ta’ dan ix-xahar.