Mara mill-Gżira spiċċat tissielet għall-ħajjitha wara li l-Ħamis filgħaxija kienet involuta f’inċident tat-traffiku bil-mutur.
Il-każ seħħ ftit wara d-disgħa ta’ filgħaxija fi Triq il-Kosta, limiti ta’ Baħar iċ-Ċagħaq, meta għal xi raġuni l-mutur misjuq mill-vittma ta’ 30 sena kellu mpatt ma’ vettura misjuqa minn Libjan ta’ tmienja u tletin sena residenti tal-Pietà.
Fuq il-post ġew imsejħa minnufih uffiċjali tal-Pulizija u tim mediku tal-ambulanzi li ħadu minnufih lill-mara l-Isptar Mater Dei għal aktar kura fejn ġiet iċċertifikata li ġarbet ġrieħi serji.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat Donatella Frendo Dimech li fetħet inkjesta Maġisterjali fejn qabdet ukoll numru ta’ esperti sabiex jassistuha fl-investigazzjoni.
//= $special ?>