Coronavirus Internazzjonali

Aktar minn żewġ miljun każ ta’ COVID-19 fl-Istati Uniti

Ftit tal-sigħat ilu ħarġu l-aħħar ċifri ta’ COVID-19 fl-Istati Uniti fejn in-numri ta’ dawk pożittivi kompla jikber b’mod allarmanti.

In-numru ta’ każijiet ikkonfermati fl-Istati Uniti issa huwa ta’ aktar minn żewġ miljuni.

Dawn iċ-ċifri ħarġu mill-aħħar test li sar mill-Università Johns Hopkins.

L-Istati Uniti għandha l-ogħla numru ta’ każijiet fid-dinja li qed joħorġu minn eluf ta’ testijiet li qed isiru kuljum.