Coronavirus Ekonomija Kummerċ Lokali

Appell għal pjan fit-tul

“Hemm bżonn li jsir pjan fit-tul għall-ekonomija ta’ pajjizna għax-xhur u snin li ġejjin sabiex inkunu ċari dwar fejn irridu naslu.”

Dikjarzzjoni li saret mill-ekonomista Chris Pace f’intervista li saritlu minn Robert Cremona waqt il-programm NETLIVE, fuq Net Television. 

Chris Pace saħaq li fil-pakkett ta’ għajnuna li ħabbar il-Gvern, kien ikun iktar għaqli kieku raħħas il-kontijiet tad-dawl u l-ilma għalll-familji. Dan kien iservi ta’ stimolu għalihom u joffri flessibilta.

Pace qal li l-għajnuna li se jagħti l-Gvern, setgħet ġiet estiża sa Diċembru sabiex ikun hemm sostenibbilta għan-negozji. Dan għaliex fil-mod ta’ kif joperaw il-businesses, perjodu ta’ tliet xhur huwa qasir wisq.

Chris Pace qal li din is-sena qed ikun imbassar li jkun hemm tnaqqis fit-tkabbar ekonomiku ta’ 5%…u defiċit ta’ bejn wieħed u ieħor 7%. Fejn jidħlu l-impjiegi huwa mistenni li n-numru ta’ ħaddiema bla xogħol jitilgħu għal 5.5%