Lokali Qorti

Avukati li jaħdmu mal-AĠ m’għandhomx jidħlu f’kawżi ċivili

Permezz ta’ rapport li kien mibgħut sar magħruf li l-inkjesta relatata mal-każ tal-Avukat Charles Mercieca hija lesta.

Il-board tal-inkjesta fost affarijiet oħra jirrakomanda li l-avukati impjegati fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali għandhom ikunu mwaqqfa milli jidhru għal persuni jew kumpanija li kontra tagħhom inbdew proċeduri kriminali jew ċivili fil-perjodu li fih kienu avukati jaħdmu fi ħdan l-uffiċċju.

L-inkjesta indipendenti kienet maħtura mill-Ministru għall-Ġustizzja dwar l-irwol tal-Avukat Charles Mercieca. Dan wara li l-avukat irriżenja mill-impjieg tiegħu mal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u beda jaħdem mal-avukati li qed jiddefendu lill-Yorgen Fenech, li jinsab akkużat li kien il-moħħ wara l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.