Lokali

“Bla kliem u mbikkmin” – bosta mnikkta bil-mewt taċ-ċkejken Gabriel

"Telfa t'anġlu sabiħ"

“Bla kliem u mbikkmin” – Hekk qalet l-għaqda Puttinu Cares fuq il-paġna tagħha ta’ Facebook, meta ħabbret it-telfa ta’ Gabriel Vella.

Gabriel, li huwa tfajjel minn Għawdex, miet wara li tilef il-battalja mal-kanċer.

Il-membri ta’ Puttinu Cares qalu li Gabriel kien ta’ eżempju kbir għal kulħadd, u mhux se jkunu qed jinsewh. Mat-tħabbira tal-mewt tiegħu kienu bosta Għawdxin u Maltin li esprimew is-sogħba tagħhom għat-telfa taċ-ċkejken Gabriel.

https://www.facebook.com/said.chris/posts/3319994218031219