Futbol Sport

Floriana jestendu l-kuntratt tal-kowċ Enzo Potenza

(Ritratt: Floriana FC)

Iċ-Champions Floriana ħabbru li laħqu ftehim mal-kowċ Taljan Enzo Potenza biex jestendi l-kuntratt tiegħu għall-istaġun 2020/2021. Floriana esprimew is-sodissfazzjon tagħhom għal din l-aħbar, bl-istqarrija maħruġa mill-klabb tiddeskrivi l-kowċ Taljan bħala l-moħħ wara r-rebħ tas-26 kampjonat u l-kwalifikazzjoni għall-UEFA Champions League.

Enzo Potenza ngieb f’pajjiżna minn Senglea Athletic biex fis-sajf li għadda issieħeb ma’ Floriana fejn flimkien man-numru ta’ akkwisti li wettqu għen biex jirbħu l-kampjonat. F’dan l-istaġun, Floriana kienu l-aktar tim konsistenti fil-kampjonat fejn kellhom l-inqas telf, l-iktar tim li skorja u l-inqas tim li sofra gowls.