Futbol Sport

AĠĠORNATA: Ħamrun Spartans jħabbru li jinsabu qrib ftehim importanti

Il-klabb tal-Kampjonat Premier, Ħamrun Spartans ħabbru li jinsabu qrib ftehim importanti mal-imprenditur Għawdxi Joseph Portelli. Dan ġie żvelat mill-programm Replay b’sorsi qrib il-programm jgħidu li permezz ta’ dan il-ftehim mistennija tinkiteb paġna ġdida fl-istorja tal-klabb.

Hu mifhum li Nunzio Antignani se jibqa’ President tal-klabb. L-irwol ta’ Portelli se jkun fil-kummerċjalizzazzjoni taż-żona tal-grawnd, dan se jgħin biex il-klabb ikun jista’ jegħleb id-diffikultajiet finanzjarji tal-aħħar snin biex b’hekk il-klabb jerġa’ jsir sostenibbli.

Portelli se kollu wkoll sehem fl-għażliet tekiniċi tal-klabb u jidher li l-kowċ ta’ Nadur youngsters Mark Buttigieg se jieħu f’idejh it-tmexxija tal-Ispartans. Ħamrun mistennija wkoll iħabbru l-ewwel akkwist tagħhom, bil-gowlkiper Steve Sultana mistenni jirritorna mal-klabb.

Ħamrun żiedu li l-Kumitat hu kommess li jferraħ it-toroq tal-Ħamrun kif jixraq lil wieħed mill-klabbs li kitbu l-istoja tal-futbol Malti. Dan l-istaġun Ħamrun temmew fid-disa’ post tal-klassifika tal-Kampjonat BOV Premier b’25 punt.