Formula 1 Sport

Il-familja ta’ Schumacher tiċħad aħbarijiet dwar saħħtu

Il-familja ta’ Michael Schumacher ċaħdet aħbarijiet li dehru fl-aħħar siegħat fil-midja dwar intervent mediku li bosta ġurnali internazzjonali rrapurtaw li se jsirlu.

L-allegatament rapport li deher fuq ġurnal Ingliż qal li kien se jsir intervent mediku mill-Professur Philippe Menasche fuq il-Ġermaniż biex jistimula ċ-ċelloli. Dan ir-rapport li ġie deskritt bħala ‘fake news’ mhuwiex l-ewwel wieħed dwar saħħet il-leġġenda tal-Formula 1.

F’Diċembru tal-2013, Schumacher kien vittma ta’ incident sfortunat meta waqt li kien qiegħed jiskijja mal-familja tiegħu waqa’ u ħabat rasu. Hu kien tpoġġa f’koma artifiċjali sal-2014. Schumacher jibqa’ mfakkar għas-suċċessi li kiseb tul il-karriera tiegħu fil-Formula 1, fejn rnexxielu jirbaħ iċ-Championship tal-Formula 1 għal seba’ darbiet.