Coronavirus Futbol Sport

Il-FIFA tagħti permess biex is-suq tat-trasferimenti jiftaħ waqt li l-istaġun ikun għadu għaddej

(Ritratt: EPA)

Il-FIFA ħabbret id-deċiżjoni li se tħalli l-assoċjazzjonijiet biex jiftħu s-suq tat-trasferimenti waqt li l-istaġun ikun għadu għaddej kif ukoll li plejer se jkun jista’ jiffrima ma’ tliet klabbs fi staġun wieħed.

Dan wara li l-FIFA biddlet xi regoli b’mod temporanju minħabba l-pandemija tal-coronavirus bil-FIFA tinsab disponibbli li toffri kull għajnuna lill-assoċjazzjonijiet. F’pajjiżna s-suq tat-trasferimenti jinsab miftuħ u mistenni jagħlaq fil-31 ta’ Lulju. Jidher iżda, li fl-Ingilterra l-FA Ingliża qed tipproponi biex is-suq tat-trasferimenti jinfetaħ bejn Awwissu u Settembru filwaqt li fl-Italja ġie deċiż li s-suq tat-trasferimenti se jinfetaħ bejn l-1 ta’ Settembru u l-5 ta’ Ottubru.