Permezz ta’ stqarrija l-Malta Resusciation Council qal li jilqa’ bis-sħiħ il-liġi tal-kunċett tas-Samaritan it-Tajjeb.
Il-ġimgħa li għaddiet kien approvat mill-Parlament Private Members Bill imressaq mill-Oppożizzjoni biex jiġu protetti persuni li jagħtu għajnuna lil min ikun f’periklu.
Din il-liġi tressqet permezz ta’ Private Members Bill mid-Deputat Nazzjonalista Claudio Grech. B’hekk, il-liġijiet ġew jirriflettu l-prinċipju li l-ħajja ta’ kull persuna hi imprezzabbli u jkun qed isir dak kollu possibbli biex nipproteġuha.
Il-liġi tipprovdi biex, f’każ li persuna tgħin persuna oħra li tkun tinsab f’periklu imminenti u ċar, min jgħin jingħatalu l-immunità minn responsabbiltà ċivili u kriminali. Madankollu, il-liġi xorta mhix se tneħħi l-piż f’każ ta’ negliġenza meta tingħata l-għajnuna.
Il-Malta Resuscitation Council qal li se jagħti s-sapport tiegħu din l-inizjattiva tal-Oppożizzjoni u ħeġġet biex il-liġi fost l-oħrajna tissaħħaħ billi jkun hemm aktar edukazzjoni li tgħin kemm lill-adulti kif ukoll lit-tfal u kif ukoll inklużjoni ta’ taħriġ dwar is-CPR fil-Kurrikulu Nazzjonali fl-Iskejjel.
//= $special ?>