Lokali

L-ALPA f’laqgħa ma’ Adrian Delia

Illum waranofsinhar, it-tmexxija tal-ALPA kellha laqgħa mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia fejn esprimiet id-diżappunt tagħha għall-mod li bih qed jigu trattati mill-Air Malta u anke mill-Gvern.

Il-bdoti qalu li kienu sorpriżi b’dak li seħħ peress li meta tkeċċew dawn il-ħaddiema kienu għadhom għaddejjin b’negozjati mal-Air Malta dwar x’jista jsir. Dan hekk kif l-Air Malta ddeċidiet li tagħti dawn is-sensji.

Apparti id-69 pilota li spiċċaw imkeċċija, kien hemm madwar 30 bdot ieħor li spiċċaw tnaqqsilhom il-grad tal-pożizzjoni tagħhom.  Wara li saru dawn it-tkeċċijiet, l-uniċì piloti li issa jistgħu jtajru ajruplan huma biss tletin.

Min-naħa tiegħu l-Kap tal-Partit Nazzjonasit Adrian Delia wera d-dispjaċir tiegħu għal dak kollu li seħħ u għal mod ta’ kif ġew trattati dawn il-bdoti. Huwa qal li lest li joffri l-għajnuna kollha tiegħu biex ma jiġux effettwati dawn il-ħaddiema u l-familji taghhom.  

Preżenti għal din il-laqgħa kien hemm il-Viċi Kap u l-Kelliem għall-Isfidi fit-Turiżmu Robert Arrigo, il-Kelliem għat-Trasport Toni Bezzina u l-President tal-SHPN Ivan Castillo.

Ikkummenta