Coronavirus Sport Sport Ieħor

L-istaġun tal-Moto GP se jitkompla f’Lulju

(Ritratt: motogp.com)

L-istaġun tal-Moto GP se jitkompla f’Lulju b’żewġ tlielaq fiċ-ċirkwit ta’ Jerez fi Spanja fid-19 u s-26 ta’ Lulju. Ħames ċirkwiti se jkunu qed jospitaw żewġ tlielaq kull wieħed b’seba’ minnhom se jsiru fi Spanja. Sa issa dan l-istaġun, minħabba l-pandemija tal-coronavirus ġew ikkanċellati tmien tlielaq fil-Qatar, l-Olanda, l-Ġermanja, l-Fillandja, l-Ingilterra, l-Awstralja, l-Ġappun u l-Italja.

Il-Moto GP qal li l-minimu ta’ tlielaq se jkun 12  bit-total jista’ jiżdied sa 17 b’erba’ minnhom jistgħu jsiru barra l-Ewropa bejn t-22 ta’ Novembru u t-13 ta’ Diċembru. Iċ-ċirkwiti u d-dati se jiġu kkonfermati qabel l-aħħar ta’ Lulju.