Futbol Sport

L-UEFA tiddeċiedi fejn se jintlagħbu r-rawnds li jmiss tal-kompetizzjonijiet tagħha

(Ritratt: EPA)

Fl-aħħar siegħat jidher li l-UEFA ddeċidiet dwar fejn se jintlagħbu l-aħħar rawnd tal-partiti mill-UEFA Champions League u UEFA Europa League. Ġie deċiż ukoll li l-finali tas-Super Cup issir f’Budapest

Wara li jintlagħbu l-partiti mir-rawnd tal-aħħar 16, il-UEFA ddeċidiet li l-kwartifinali tal-UEFA Champions League isiru kollha f’Lisbona fil-Portugall filwaqt li dawk tal-UEFA Europa League isiru fil-Ġermanja. Dawn il-kompetizzjonijiet se jieħdu l-forma ta’ turnament simili għal dak li jseħħ waqt il-Kampjonati Ewropej tal-futbol.

Il-partiti mir-rawnd tal-aħħar sittax li għad irid jiġi deċiż ir-riżultat se jsiru kif kien programmat. Juventus se jilqgħu lil Olympique Lyon f’Turin bil-Franiżi għandhom vantaġġ ta’ 1-0. Napoli jilagħbu t-tieni leg barra minn darhom għand Barcelona bl-ewwel leg fis-Sao Paolo kien intemm fi draw ta’ 1-1. Chelsea jmorru għand Bayern Munich bi żvantaġġ kbir ta’ 3-0 filwaqt li Manchester City jospitaw lil Real Madrid fl-Etihad, bit-tim ta’ Pep Guardiola jinsab 2-1 minn fuq.

Atalanta, RB Leipzig, PSG u Atletico Madrid diġa kwalifikaw għal mal-aħħar tmienja wara li kienu laħqu lagħbu ż-żewġ rawnds.