Sport Sport Ieħor

Lamine Diack jammetti li naqas milli jippubblika testijiet tad-doping

Lamine Diack, l-Eks-Kap tal-World Athletics, ammetta fil-qorti ta’ Franza li naqas milli jirreaġixxi dwar testijiet tad-doping ta’ atleti Russi bejn l-2011 u l-2013 biex isalva ftehim dwar sponsor mill-bank Russu.

Il-prosekutri, qed jakkużaw li Diack ħa aktar aktar minn €3 miljuni mingħand l-atleti biex jaħbi r-riżultati tat-testijiet tagħhom u jitħallew jikkompetu fl-Olimpjadi. Huma qed jakkużawh ukoll li ħa aktar minn miljun u nofs ewro waqt li kien qieħed jinnegozzja pakkett ta’ sponsors u drittijiet tat-televiżjoni biex jiffinazjaw il-kampanja ta’ Macky Sall fl-elezzjoni għal President tas-Senegal fl-2012.

Diack, qal li hu qatt ma ta protezzjoni lill-atleti Russi li nqabdu pożittivi fit-testijiet tad-doping iżda assigura li l-lista tal-atleti pożittivi ma toħroġx fil-pubbliku. L-istess atleti kienu kkompetew fl-Olimpjadi ta’ Londra fl-2012. Hu żied jgħid li meta tfaċċaw dawn il-każijiet, l-IAAF li llum saret magħrufa bħala l-World Athletics, kienet addejja minn żmien diffiċli u kien fl-interess tiegħu li jipproteġi l-assoċjazzjoni li kien responsabbli għalija dak iż-żmien.

Diack huwa wieħed mill-aktar persuni influwenti fl-atletika u qiegħed jaffaċċja akkużi ta’ korruzzjoni, ħasil ta’ flus u ksur ta’ fiduċja, akkużi li jlaħħqu għal sentwenza ta’ 10 snin priġunerija. Aktar kmieni din il-ġimgħa l-eks avukat ta’ Diack fl-IAAF, Habib Cisse qal li l-IAAF setgħat salvat xorta waħda mingħajr l-għajnuna tal-isponsors Russi.