Lokali Qorti

XOKKANTI: Chris Cardona implikat li ħallas lil wieħed mill-qattiela

Silvio Valletta kien jinforma lil Yorgen fuq il-każ u jmur għall-Whiskey

Wieħed mit-tliet akkużati  mixlijin bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, Alfred Degororgio magħruf bħala “Il-Fulu”  kien irċieva xi flus mingħand Chris Cardona Sadanittant Silvio Valletta kien jgħaddi l-informazzjoni lil Yorgen Fenech waqt li kien jgħaddi għall-Whiskey.

Yorgen Fenech jinstema’ jagħmel referenza għall-eks Deputat Kummissarju tal-Pulizija Silvio Valletta u jinstema jgħid li “dan reġa’ ġej għall-whiskey”. Sadanittant kemm Melvin Thuema kif ukoll Yorgen Fenech riedu lil Silvio Valletta jibqa’ fuq il-każ ta’ Daphne Caruana Galizia, għax dan skont Yorgen Fenech, kien jgħaddi l-informazzjoni kollha lill-akkużat.

Id-Deputat Kummissarju Silvio Valletta

Melvin Theuma qal li hu kien staqsa lil Yorgen Fenech jekk Silvio Valletta kienx se jitneħħa mill-investigazzjoni fl-assassinju u Fenech assigurah li dan ma kienx se jiġri, u hawn ix-xhud qal li kien ħa pjaċir.

“Anke jien xtaqt li kieku Valletta jibqa’ fuq il-każ għax kien ikollna rasna mistrieħ”. Xi ħaġa wkoll, huwa qal li kien jagħmel ukoll Keith Schembri. Dan ħareġ mix-xhieda ta’ Melvin Thuema, l-middleman fil-każ kontra Yorgen Fenech fejn qal li kien Portomaso u għalih kienet l-ewwel darba li huwa sema’ dan diskors li li Chris Cardona għadda dawn il-flus.

Dan it-tagħrif xokkanti ħareġ wara li bdew jissemmgħu aktar recordings tat-telefonati bejnu Yorgen Fenech meta kienu Portomaso. Għal darba oħra komplew jinstemgħu aktar recordings, li ħafna minnhom instemgħu bil-magħluq u l-ġurnalisti ntalbu joħorġu mill-awla.

Meta ddaħħlu l-ġurnalisti lura fl-awla nstema’ leħen ta’ mara li ma kienitx identifikata. Din bdiet titkellem fuq inċident b’karozza, fejn rota kienet ħarġet minn postha.

Yorgen Fenech beda wkoll jinstema jgħid, “issa naraw x’se jiġi preżentat fil-Qorti. Imma serraħ rasek,” beda jinstema Fenech jgħid.  Fir-recording jissemma’ Chris Cardona kif ukoll li Theuma u Fenech jinstemgħu jitkellmu dwar xi flus.

Theuma qal li wara li reġa’ sema r-recordings fejn intqal il-kliem “mela”Il-Fulu” ħa l-flus min ghandhom ukoll”  u hawn qal li x’aktarx li kien qed jirreferi għal Chris Cardona. Fuq mistoqsija tal-avukat Jason Azzopardi, Theuma ikkonferma li huwa sema’ lil Yorgen Fenech jgħid, li “Il-Fulu” ħa l-flus mingħand Chris Cardona.

Theuma qal li huwa żgur li kien qed jirreferi għall-“Fulu “li seta’ rieva flus mingħand xi ħadd ieħor iżda għall-ewwel ma ssemmewx ismijiet.  Theuma qal li kien sorpriż li jisma’ li l-‘Fulu’ li seta’ rċieva flus mingħand ħaddieħor ukoll, pero ma jiftakarx jekk kienx hemm ħaddieħor, jew min kien.

Theuma tenna wkoll li dwar il-mobile tiegħu jekk kienx instab, huwa seta’ jiċċekkja ma’ Johann Cremona jekk sabux il-mobile tiegħu fil-baħar ħdejn it-tinda tal-patata fil-Marsa. Qal wkoll li l-Avukat Arthur Azzopardi kien ġabar xi flus biex jgħaddihom lill-“Koħħu”. Dawn l-allegazzjonijiet kienu michuda mill-familja Muscat aktar tard permezz tal-avukat taghhom.

Melvin Theuma qal li dan id-diskors kien qalulu Fenech. Qal li Yorgen Fenech kien dejjem iserraħlu moħħu li ma kien se jiġri xejn, għaliex Keith Schembri kien qed jgħaddi l-informazzjoni kollha lil Fenech.

Ix-xhud qal ukoll li Fenech kien qallu li Silvio Valletta kien imur għandu għall-Whiskey. Huwa qal li staqsihex għalex kien imur għax-xorb għandu, u għaliex kien jgħaddilu l-informazzjoni.

Fir-recordings instema’ wkoll il-kliem“Id-Degiorgio’s kienu qegħdin iġibu xi flus għalih,” u Theuma qal għall-ewwel li ma setax jiikkonferma l-identità tal-persuna li kienet qed titkellem għax ir-recording xejn ma kien ċar.

Fil-Qorti reġa’ nstema’ dan ir-recording dwar din il-konverżazzjoni. Issa, Thuema qal li l-persuna li kienu qegħdin jitkellmu fuqha kien Chris Cardona.

Theuma kkonferma li r-recordings saru f’Portomaso f’ Diċembru tal- 2018 meta huwa kien sejjer għall-btala mħallsa minn Yorgen Fenech.  Il-middleman reġa’ qal li huwa beda’ jibża’ li t-tliet akkużati bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia se jingħataw il-maħfra u li kienu se jikxfu l-involviment tiegħu fil-qtil.  

Theuma sostna wkoll li moħħu ma kienx qiegħed sew u spjega li kien għaddej minn waħda kbira u għalhekk Yorgen issuġġerielu biex imur vaganza. Tenna li spiċċa għamel oġġett li ma kienx tajjeb għalih, u dan b’referenza għall-involviment tiegħu fil-qtil.

L-Avukat Jason Azzopardi staqsa lil Theuma jekk jiftakarx lil Yorgen Fenech jgħidlu li Chris Cardona kien iddaħħal fi sptar f’Tas-Sliema u jekk Cardona tteħidx l-isptar wara li Yorgen Fenech ippuntalu arma tan-nar m’għonqu. Theuma qal li ma jiftakarx.

Fil-bidu tal-kumpilazzjoni l-Qorti laqgħet talba tal-Prosekuzzjoni mmexxija minn Keith Arnaud li xi recordings li se jintemgħu llum fix-xhieda ta’ Melvin Theuma għandhom ikunu bil-magħluq minħabba nvestigazzjoni li għaddejja u hemm ċertu diskursati li mhumiex relatati mal-każ.

L-Ispettur Arnaud qal li hemm qbil bejn il-partijiet kollha rigward dan il-punt. Bħalissa l-ġbir tal-provi qegħdin jinstemgħu bil-magħluq sakemm tiddeċiedi l-Qorti li jsir mod ieħor.

Melvin Theuma l-middleman f’dan l-omiċidju kien ingħata l-maħfra Presidenzjali biex jikxef dak kollu li jaf dwar il-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia  fis-16 ta’ Ottubru tal-2017 qed tkompli llum fil-Qorti

Il-kumpilazzjoni  qed issir fil-konfront ta’ Yorgen Fenech, li huwa sid il-kumpanija f’Dubai 17 Black kien għamel ukoll tliet talbiet għal maħfra Presidenzjali, li kienu kollha miċħuda.

Fenech qed iwieġeb mhux ħati li kien kompliċi fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia u li ppomova jew iffinanzja attività jew organiżazzjoni kriminali biex iwettaq reat. Jekk jinstab ħati wara li jgħaddi ġuri, huwa jista’ jiġi kkundannat għal għomor il-ħabs.

Caruana Galizia kienet inqatlet permezz ta’ karozza bomba  viċin id-dar tagħha fil-Bidnija. Vince Muscat, magħruf bħala il-Koħħu, George Degiorgio, magħruf bħala iċ-Ċiniz u ħuh Alfred Degiorgio, magħruf bħala il-Fulu, huma akkużati li poġġew il-bomba taħt is-seat, in-naħa ta’ fejn hija ssuq.

 L-avukati Gianluca Caruana Curran, Marion Camilleri u Charles Mercieca, li qegħdin jidhru għal Yorgen Fenech. L-Avukati Matthew Brincat u Kathleen Grima qed ikunu wkoll preżenti biex jassistu lil Melvin Theuma. Il-kumpilazzjoni tkompli nhar it-Tnejn filgħodu.