Minn “mini budget”, għal pakkett ta’ miżuri, għal “bazooka budget”.
Iżda ssejjaħlu kif issejjaħlu, il-pakkett ta’ miżuri li tħabbar nhar it-Tnejn xorta jibqa’ wieħed diskriminatorju. Tant illi meta affacjat bid-domandi ta’ Net News il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna, dan ma caħdux. U spiċċa jfarfar fuq il-Malta Enterprise, għaliex qal li l-listi waslu mingħandhom.
“Jien il-kriterji li bgħatuli kienu magħżula mill-Malta Enterprise”
Minkejja li l-Gvern ma raħħasx il-kontijiet tad-dawl għall-familji u minkejja li ħafna ħwienet xorta mhux se jgawdu minn dan ir-roħs li tant qed jiftaħar bih il-Gvern il-Ministru xorta jiddeskrivi l-pakkett ta’ miżuri b’dan il-mod.
“Liema pajjiżi qatt li setgħu jagħtu bazooka budget? Il-Ġermanja…. Aħna aħjar mill-Ġermanja”
Fl-aħħar jiem il-Ministru tal-Finanzi ma kienx kapaċi jispjega għaliex il-Gvern ma raħħasx il-kontijiet tad-dawl għall-familji u l-anzjani. Stqarr biss, li n-nies se jmorru tajjeb… iżda dwar il-kontijiet, ma qal assulutament xejn.
“Fuq il-familji… mhux se noqgħod ngħidlek kemm ħadu, għax kemm ħadu impressjonanti”
Sadanitant għal mistoqsijiet ta’ Net News dwar id-diskriminazzjoni fuq numru ta’ negozji, il-Ministru Scicluna baqa’ ma weġibx.
“Morru araw tal-pajjiżi l-oħra”
//= $special ?>