“Orizzonti ġodda għall-PN” – dan hu t-titlu tal-Editorjal tal-Ħamis, tat-Times of Malta hekk kif il-PN beda jħejji politika ta’ outreach, viżjoni Soċjo-Ekonomika fit-tul, kif ukoll numru ta’ proposti li jħarsu l-valuri umani f’soċjetà moderna u l-governanza tajba.
Fl-isfond ta’ dawn it-temi hemm 14-il cluster u kull grupp ta’ azzjoni hu magħmul minn Membri Parlamentari, kelliema u persuni ġejjin minn kull qasam tas-soċjetà.
L-editorjal tat-Times jghid li l-viżjoni tal-PN u tal-Kap tal-Partit, Adrian Delia hi li jaħdem għall-ġid komuni, u tenna li din il-politika se tgħin biex il-PN jerġa’ jikseb il-kredibbiltà tal-poplu Malti u Għawdxi.
It-Times kompliet billi qalet li issa, kif ħabbar il-Viċi Kap tal-PN Robert Arrigo, il-PN jinsab f’qagħda finanzjarja stabbli, u li ideat bħal dawn tal-clusters se jgħinu biex il-Partit u l-politika tiegħu jikbru.
L-Editorjal sostna li issa jinsab kollox f’idejn il-Partit Nazzjonalista biex juri li l-mod tat-tmexxija tiegħu huwa ferm differenti minn dak ta’ Robert Abela.
Il-ballun issa jinsab f’idejn l-istess PN biex juri li lest li jkun differenti, u li joffri politika b’differenza. B’hekk biss jaf ikun hemm ispirazzjoni ta’ poplu wara l-Partit.
Il-viżjoni li toħroġ minn din politika għandha tqawwi n-nies bit-tama ta’ governanza aktar effiċjenti u futur aħjar.
Dawn ir-reviżjonijiet strutturati u politika aktar mifruxa, qed jippreżentaw opportunità kbira għat-tisħiħ tad-demokrazija Maltija.
//= $special ?>