Coronavirus Sport Sport Ieħor

Tkompli l-kritika għall-protokoll mediku tal-Open tal-Istati Uniti

(Ritratt: EPA)

Il-kowċ ta’ Simona Halep, Darren Cahill qal li l-linji gwida tal-protokoll mediku propost mill-organizzaturi tal-Open tal-Istati Uniti huma diffiċli u impossibli biex jiġu segwiti mit-tennisti.

Il-kritika ta’ Cahill saret wara li aktar kmieni s-seed numru wieħed fid-dinja Novak Djokovic qal li se tkun impossibli li jilagħbu taħt dawn il-kundizzjonijiet. Uħud mill-proposti fil-protokoll huma li t-tennisti jridu jibqgħu fil-lukanda tul it-tournament kollu u li jkunu assistiti minn membru wieħed biss tal-istaff.

F’isem Halep, Cahill qal li għas-seed numru tnejn fit-dinja dawn il-kundizzjonijiet se jkunu diffiċli bit-tennista tikkunsidra li ma tipparteċipax. Hu kompla li tennisti li huma miżżewġin u bit-tfal, għalihom se tkun aktar impossibli u se jkollhom aktar problemi.

Darren Cahill temm l-intervistà tiegħu billi qal li jittama li fil-ġranet li ġejjin is-sitwazzjoni b’rabta mal-pandemija tal-coronavirus titjieb xi ftit u b’hekk il-protokoll mediku jkun jista’ jiġi aġġustat. Sa issa fl-Istati Uniti, kien hemm aktar minn żewġ miljun każ fejn minnhom kien hem 115,255 mewt.