Formula 1 Sport

Ikkanċellati t-tlielaq tal-Formula 1 tal-Ażerbajġan, Singapore u l-Ġappun

(Ritratt: EPA)

It-tlielaq tal-Ażerbajġan, Singapore u l-Ġappun ġew ikkanċellati għal dan l-istaġun minħabba l-pandemija tal-coronavirus. Aktar kmieni dan ix-xahar, tħabbru l-ewwel tmien tlielaq għal dan l-istaġun, bil-kampjonat mistenni jibda fil-5 ta’ Lulju bil-Grand Prix tal-Awstrija. Minn dakinhar, it-tmexxija tal-Formula 1 kompliet taħdem biex tiffinalizza l-kalendarju għal dan l-istaġun. Huma jinsabu kunfidenti li f’dan l-istaġun isiru bejn 15 u 18-il tellieqa, bil-kampjonat jintemm f’Abu Dhabi f’Diċembru.

Stqarrija tal-Formula 1 qalet li d-deċiżjoni ttieħdet minħabba l-isfidi differenti li kellhom l-organizzaturi f’dawn il-pajjiżi. B’mod partikolari fil-Ġappun, ir-restrizzjonijiet tal-ivvjaġġar kienet ir-raġuni prinċipali. It-tmexxija tal-Formula 1 kompliet tgħid li dawn iż-żminijiet għadhom ta’ inċertezza u huma se jibqgħu jimxu b’kawtela, filwaqt li jżommu l-pjan ta’ sigurtà biex jassiguraw l-akbar sigurtà.