Il-Kamra tal-Kummerċ esprimiet is-sodisfazzjon tagħha dwar il-proposti tal-Kamra tal-Periti intiżi biex jirriformaw l-insustrija tal-Bini u l-Kostruzzjoni.
Benjamin Tabone Grech, Chairperson tal-Kumitat ġdid għall-Ambjent Mibni (Built Enviroment Committee) stqarr li fl-aħħar 100 sena, din l-industrija qajla kellha tibdiliiet u għaldaqstant id-dokument tal-Periti bl-isem ‘A Modern Building and Construction Regulation Framework’ għandu fih dak li hemm bżonn biex tossaħħaħ l-industrija.
Dawn il-proposti huma msejsa fuq 10 prinċipji prinċipali, u huma ffukati biex ir-regolamentazzjoni tal-indurstrija, l-infurzar mill-awtoritajiet, il-kisba ta’ kwalità fl-industrija u l-promozzjoni fl-aspett tas-saħħa u s-sigurtà. Aktar minn hekk, il-Kamra tal-Periti temmen li l-applikazzjoni ta’ dawn il-prinċipji twassal għal aktar sostenibbiltà.
Il-Kamra tal-Kummerċ tifhem il-bżonn ta’ riforma f’dan il-qasam u fid-dokument tagħha bl-isem ‘Viżjoni Ekonomika għal Malta’ inkludiet għadd ta’ rakkomandazzjoniiet għal din l-industrija.
Hija ħolqot ukoll Kumitat Tematiku magħmul minn esperti minn oqsma differenti bil-għan li jiddiksutu kwestjonijiet importanti bil-għan li titkebbes aktar reżiljenza fl-industrija tal-bini. Il-Kamra tal-Kummerċ faħħret ix-xogħol tal-Kamra tal-Periti u esprimiet ix-xewqa għal aktar kollaborazzjoni bejn iż-żewġ naħat fil-futur.
//= $special ?>