Lokali Qorti

“Il-Koħħu” igiddeb ix-xhieda ta’ Melvin Theuma

Vincent Muscat, il-Koħħu, ċaħad li qatt irċieva xi flus mingħand in-negozjant Yorgen Fenech jew l-avukat Arthur Azzopardi.

Dan hekk kif fil-kumpilazzjoni tax-xhieda tal-Ħamis ix-xhieda ewlieni fil-każ tal-omiċidju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, Melvin Theuma, saħaq li Vince Muscat irċieva xi ħlas mingħand Fenech, li qed jiġi akkużat bil-kompliċità fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, u l-avukat Arthur Azzopardi.

F’isem il-familja Muscat, l-avukat Marc Sant saħaq li huma qed jiċħdu kategorikament dawn l-allegazzjonijiet u lesta tieħu azzjoni legali. Dan ifisser li l-‘Koħħu’ qiegħed igiddeb ix-xhieda ta’ Theuma, l-unika persuna f’dan il-każ li ngħata maħfra Presidenzjali, sekondata mill-Gvern immexxi dak iż-żmien mill-eks Prim Ministru Joseph Muscat.