Lokali

Il-Partit Nazzjonalista jifraħ lill-Kamra tal-Periti fl-okkażjoni taċ-ċentinarju

Il-Partit Nazzjonalista feraħ lill-Kamra tal-Periti f’dan il-jum li fih l-istess Kamra tagħlaq seklu mit-twaqqif tagħha.

Fi stqarrija iffirmata mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Infrastruttura u Proġetti Kapitali, Toni Bezzina, u milll-Kelliem għall-Artijiet u Kostruzzjoni Kevin Cutajar, il-PN qal li l-Kamra hi vuċi b’saħħitha għall-periti kollha f’Malta u dejjem tara li din il-professjoni tant importanti jkollha d-dinjità li jixirqilha.

Mhux hekk biss, iżda l-Kamra pparteċipat b’mod attiv fl-iżvilupp kollu li ra l-qasam tal-arkitettura f’Malta matul is-snin u wieħed jawgura li
tkompli tagħmel hekk għax ir-rwol tagħha hu vitali.

Il-Partit Nazzjonalista jirringrazzja lill-Kamra tal-Periti u l-periti kollha f’pajjiżna tal-ħidma tagħhom u jħares l’ quddiem għal kollaborazzjoni dejjem aktar mill-qrib magħhom, biex il-qasam tal-arkitettura jissaħħaħ
dejjem iżjed u nkomplu mixjin lejn il-mira tagħna ta’ pjanar aktar
sostenibbli.