Lokali

Il-PSC ma tridx tiżvela min ġie t-tieni wara Angelo Gafà

Wara serje ta’ domandi mibgħuta minn Net News, il-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku (PSC) baqgħet tirrifjuta li tippubblika l-isem tal-persuna li ġie/ġiet it-tieni fil-proċess għall-għażla tal-Kummissarju l-ġdid tal-Pulizija.

Fil-bidu tal-ġimgħa, Kastilja kienet ħabbret li Angelo Gafà huwa l-magħżul tal-Prim Ministru u tal-Kabinett wara li kien hemm shortlisting ta’ żewġ ismijiet mill-PSC. Iżda t-tieni isem għadu qed jinżamm mistur.

F’risposti għall-emails tagħna, il-PSC ikkonfermat ukoll li l-kandidati l-oħra jiġu infurmati ladarba jintemm il-proċess kollu.

Net News talab ukoll il-klassifikazzjoni ta’ kull kandidat. Iżda anke din baqgħet ma waslitx.