Lokali

Reazzjonijiet pożittivi għat-tnedijja tal-gruppi ta’ azzjoni mill-Partit Nazzjonalista

Il-Moviment Nisa Partit Nazzjonalista wera l-appoġġ tiegħu għall-introduzzjoni tal-gruppi ta’ azzjoni, jew ‘clusters’ li nieda l-Partit.

Dawn il-gruppi għandhom isservu biex il-Partit iżomm ruħu aġġornat fiż-żminijiet diġitali u għall-ġid tal-poplu kollu.

Il-Moviment huwa sodisfatt li numru ta’ nisa ġew involuti minn kull qasam tal-ħajja u li l-kontribuzzjoni tagħhom sejra sservi ta’ gid sew għall-Partit u għall-futur ta’ Malta.