Futbol Sport

Andre Paus se jkompli jmexxi lil Birkirkara

Fil-jiem li ġejjin, Birkirkara mistennija jħabbru b’mod uffiċjali li l-kowċ Olandiż Andre Paus se jibqa’ fit-tmexxija tat-tim għal staġun ieħor.

Dan ġie żvelat mill-paġna tal-programm Replay, fejn sorsi qrib il-programm qalu li fl-aħħar jiem kien hemm tim lokali mill-Kampjonat Premier li wera nteress b’saħħtu f’Paus. Paus ħa t-tmexxija tat-tim f’Settembru li għadda fejn wara bidu ħażin, rnexxielu jbiddel il-forma tat-tim u temm fil-ħames post tal-klassifika żewġ punti anqas minn Sirens li kien ifisser post fl-Ewropa.

Sorsi qrib il-klabb ikkonfermaw li Paus huwa parti mill-proġett tal-klabb biex ikompli jibni fuq it-tajjeb li sar s’issa. Filfatt il-plejers barranin ta’ Birkirkara, kollha għandhom kuntratt fit-tul. Pajjiżna ġie l-ewwel darba f’pajjiżna bħala kowċ ta’ Valletta fl-2014.