Futbol Sport

Bayern Munich isaħħu posthom fil-quċċata tal-klassifika

(Ritratt: EPA)

Bayern Munich komplew jersqu aktar viċin it-titlu meta fll-Allianz Arena għelbu lil Borussia Mönchengladbach 2-1. Borussia Mönchengladbach ħasbu li marru fil-vantaġġ fis-16 –il minuta iżda l-gowl ta’ Jonas Hofmann ġie mħassar minħabba offside permezz tal-VAR.

Żball tal-gowlkiper ta’ Mönchengladbach Yann Sommer sarraf f’gowl għal Bayern fis-26 minuta meta naqas milli jtajjar sew, kien JOSHUA ZIRKZEE li aprofitta u b’xutt tajjeb tefa’ l-Bayern fil-vantaġġ.

It-tim ta’ Marco Rose wettaq reazzjoni u awtogowl ta’ BENJAMIN PAVARD fis-37 minuta ġab id-draw. Il-gowl tar-rebħa għal Bayer Munich wasal fis-86 minuta permezz ta’ LEON GORETZKA wara pass tajjeb ta’ Benjamin Pavard. B’din ir-rebħa, Bayern saħħew posthom fil-quċċata tal-klassifika u baqgħu seba’ punti fuq l-eqreb rivali tagħhom Borussia Dortmund.

Riżultati: Ilbieraħ: Hoffenheim v RB Leipzig 0-2,  Illum: Cologne v U. Berlin 1-2, F. Düsseldorf v B. Dortmund 0-1, H. Berlin v E. Frankfurt 1-4, Paderborn v W. Bremen 1-5, Wolfsburg v Freiburg 2-2, B. Munich v B. M’g’bach 2-1,  Għada: Mainz v Augsburg 3.30pm,  Schalke v B. L’kusen 6.00pm