Sport Sport Ieħor

Djokovic, Thiem u Zverev jirbħu fl-ewwel partita tagħhom minn wara l-pandemija tal-coronavirus

(Ritratt: EPA)

Illum ingħata bidu għall-Adria Tour, tournament organizzat mis-Serb Novak Djokovic  fuq jumejn, biex it-tennisti jibqgħu attivi waqt il-waqfa tat-tennis minħabba l-pandemija tal-coronavirus.

Fl-ewwel partiti tagħhom, fis-sessjoni ta’ filgħodu,  Novak Djokovic, Dominic Thien u Alexander Zverev kollha rebħu. Djokovic rebaħ 4-1 4-1 kontra Viktor Troicki filwaqt li Thiem rebaħ wara lil l-avversarju tiegħu Damir Dzumhur kellu jirtira minħabba injury f’koxxtu.

Zverev għeleb lil Filip Karajinovic 4-3 4-3 wara li tilef l-ewwel sett 0-4. Fis-sessjoni tal-lejla, Djokovic jilgħab kontra Krajinovic, Zverev kontra Troicki u Thiem kontra Lajovic.