Internazzjonali

Eluf ta’ dimostranti jipprotestaw fiċ-ċentru ta’ Londra

Ritratt: EPA

Eluf ta’ dimostranti nġabru fiċ-ċentru ta’ Londra minkejja t-twissijiet tal-Pulizija biex jiġu evitati dimostrazzjonijiet.

Il-Pulizija poġġiet diversi restrizzjonijiet fuq il-gruppi li kienu beħsiebhom jipprotestaw matul il-jum tas-Sibt. Dawn jinkludu li l-avvenimenti jispiċċaw fil-ħamsa ta’ wara nofsinhar minħabba x-xeni vjolenti li seħħew fl-aħħar weekend.

Dimostrazzjoni ta’ Black Lives Matter ippjanata għas-Sibt tressqet għall-Jum tal-Ħadd minħabba l-biżgħat li jista’ jkun hemm ġlied ma’ gruppi tal-lemin estrem.