Coronavirus Lokali

“Hekk kellna l-ordni” – jaħbu n-numri tal-Covid-19

Huwa ċar li tas-Super One ngħataw direttiva biex ma jsemmu xejn dwar il-Coronavirus.

Dan qalitu persuna li ċemplet tul programm fuq l-istazzjon televiżiv F-Living, meta ċemplet biex tkellem lid-deputat Laburista Anthony Agius Decelis.

Fl-aħħar jumejn, l-aħbarjiet fuq is-Super One ma għamlu l-ebda servizz li jitratta ċ-ċifri ġodda tal-Coronavirus f’pajjiżna. L-istess ukoll jista’ jingħad għas-sit elettroniku, fejn hemm nuqqas totali ta’ informazzjoni.

Sa issa għadu mhux magħruf eżatt min fil-Partit Laburista ta din id-direttiva lill-ġurnalisti ta’ One News. Nies viċin tal-Lejber qalulna li din id-deċizjoni urtat lil bosta ħaddiema, u kien hemm qasma fin-newsroom ta’ One News, bejn dawk li qablu mad-direttiva u dawk li b’mod qawwi opponew l-ordni li ngħatat biex iżommu ħalqhom magħluq.