Futbol Sport

Il-plejers tal-Premier League se jilbsu l-flokkijiet bil-kliem ‘Black Lives Matter’

Minflok l-isem jew il-kunjom, il-plejers tal-Premier League se jkollhom miktuba l-frażi ‘Black Lives Matter’ fl-ewwel tnax –il partita mir-ritorn tal-Premier League.

Dan il-ġest se jsir b’solidarjetà u turija ta’ appoġġ għall-ġlieda kontra r-razzismu. Fl-aħħar jiem, kienu bosta l-plejers li urew l-appoġġ għal din il-kawża wara l-allegament qtil ta’George Floyd. F’messaġġ wieħed, l-20 klabb tal-Premier League qalu li huma kommessi li jgħinu biex joħolqu soċjetà inklussiva, rispett u oppourtunità għal kulħadd irrilevanti mill-kulur u l-kultura.

Troy Deeney ta’ Watford u Wes Morgan ta’ Leicester kienu strumentali fid-diskussjonijiet bejn il-klabbs dwar dan. Il-Premier League se jirritorna nhar l-Erbgħa b’bibien magħluqa wara tliet xhur sospiż minħabba l-pandemija tal-coronavirus.