Coronavirus Internazzjonali Kultura Kurżitajiet

Ir-Reġina Eliżabetta II tiċċelebra għeluq sninha

Ritratt: Twitter - The Royal Family
Iċ-ċeremonja ridotta saret fil-Kastell Windsor minflok iċ-ċelebrazzjoni pompuża Trooping the Colour ġo Londra kawża tal-COVID-19

Is-Sibt, ir-Reġina Eliżabetta II ċċelebrat għeluq sninha b’parata militari ridotta fil-Kastell ta’ Windsor minħabba l-pandemija tal-Coronavirus.

L-avveniment ċerimonjali żgħir, ippjanat apposta f’ġimagħtejn biss biex ikun żgurat li s-suldati jistgħu jżommu d-distanza soċjali, ħa post it-Trooping The Color tradizzjonali f’Londra, li tħassar minħabba dwarn ir-restrizzjonijiet.

Din hija l-ewwel dehra barra tar-Reġina f’avveniment uffiċjali mill-bidu tal-Coronavirus, saret f’ambjent differenti ferm u mingħajr l-eluf ta’ persuni li ssoltu jinġabru tul il-Mall u quddiem Buckingham Palace biex jaraw il-parata militari.

Ikkummenta