Mijiet ta’ persuni fil-Libanu ħarġu jipprotestaw għat-tieni lejl konsekuttiv dan minħabba l-kriżi ekonomika li qed jiffaċċja dan il-pajjiż fil-Lvant Nofsani.
Il-protesti saru f’numru ta’ bliet tal-Libanu inkluż il-kapitali Beirut.
Fl-aħħar xhur il-lira Lebaniża tilfet 70% tal-valur tagħha, dan hekk kif il-protesti kienu bdew minn Ottubru, fil-bidu ta’ riċessjoni li laqtet il-pajjiż, bis-sitwazzjoni tkompli tmur għal agħar b’kawża tal-imxija tal-Coronavirus.
Id-dimostranti fil-Kapitali tefgħu numru ta’ ġebel u anki xegħlu logħob tan-nar, bil-pulizija twieġeb bil-gass tad-dmugħ.
Ħafna nies kienu qed jipprotestaw mhux biss għal kriżi ekonomika li laqtet il-pajjiż, iżda għan-nuqqas ta’ azzjoni mill-Gvern biex itejjeb is-sitwazzjoni.
//= $special ?>