Ftit jiem wara li Valletta ħabbru li laħqu ftehim ġdid mal-kowċ Giovanni Tedesco biex jestendi l-kuntratt, il-kowċ Taljan ikkonferma mal-paġna tal-programm Replay li se jħalli lill-klabb.
Ir-raġuni wara din id-deċiżjoni tidher li għadha mhux ċara b’rapporti fil-midja lokali jgħidu li Tedesco xtaq li jkun hu li jagħżel il-physical trainer bil-klabb ma’ jaċċettax dan. Jumejn ilu Valletta kkonfermaw għal staġun ieħor lil Gilbert Agius bħala assistant kowċ u lil Drasko Braunovic bħala Direttur Tekniku.
//= $special ?>