Futbol Sport

Leonardo jikkonferma li Cavani u Silva se jħallu lil PSG fi tmiem dan l-istaġun

(Ritratt: skysports.com)

Id-Direttur Sportiv ta’ PSG, Leonardo kkonferma li fi tmiem l-istaġun l-attakkant Urugwajan Edinson Cavani u d-difensur Brażiljan Thiago Silva se jħallu lill-klabb b’xejn meta jispiċċalhom il-kuntratt.

Ma’ PSG, Cavani rebaħ sitt kampjonati filwaqt li Silva rebaħ sebgħa. Cavani ssieħeb ma’ PSG fl-2013 b’Cavani jasal Pariġi sena warajh. Dan l-istaġun PSG ġew iddikjarati champions wara li taqqaf l-kampjonat minħabba l-pandemija tal-coronavirus. Huma jinsabu mal-aħħar tmienja tal-UEFA Champions League wara li għelbu lil Borussia Dortmund fir-rawnd tal-aħħar sittax.