Lokali

Salva ħajja, agħti d-demm

Delegazzjoni tal-Partit Nazzjonalista, immexxija mill-Viċi Kap għall-Ħidma fil-Parlament David Agius ipparteċipat f’attività ta’ għoti tad-demm organizzata fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm fi Gwardamanġa, fl-okkażjoni tal-Jum Dinji għad-Donaturi tad-Demm, li se jitfakkar il-Ħadd – fl-14 ta’ Ġunju.

Akkumpanjat mill-Whip tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista Robert Cutajar u l-membru mill-Kumitat tal-MŻPN Gabriel Micallef, David Agius fakkar fl-importanza li wieħed imur jagħti d-demm bħala ġest ta’ solidarjetà ma’ dawk li għandhom bżonn.

Huwa irringrazzja lill-Maltin li jmorru mingħajr daqq ta’ trombi u jagħtu id-demm – ġest li stqarr li għandna nkomplu nippromovu għax juri l-vera valuri tas-soċjetà Maltja.

L-importanza tal-għoti tad-demm kienet spjegata wkoll minn Gabriel Micallef meta tkellem ma’ NET News.

L-attività kienet organizzata mill-għaqda Nanniet Malta, b’kollaborazzjoni ma’ Happy Parenting Malta for Happier Children. Min-naħa tiegħu, il-Fundatur ta’ Nanniet Malta Philip Chircop appella għall-altruwiżmu b’ġesti nobbli bħall-għoti tad-demm.