Sport Sport Ieħor

Tibdil fil-program tal-Vuelta 2020

(Ritratt: EPA)

L-organizzaturi tal-Vuelta ħabbru li għamlu xi tibdil f’xi tappi tat-tour ta’ din is-sena minħabba l-pandemija tal-coronavirus.

It-tappi li kienu skedati li jsiru fil-Portugall ġew imneħħija filwaqt li minflokhom żdiedu dawk ta’ Puebla de Sanabria u Salalmanca li se jospitaw l-15 u s-16 –il tappa. Il-15 –il tappa se tkun l-iktar stadju twil b’ 234,6 km Il-Vuelta ta’ din is-sena se tibda fl-20 ta’ Ottubru u tintemm fit-8 ta’ Novembru. L-ewwel ħames tappi tal-Vuelta se jaħbtu mal-aħħar ħames tappi tal-Giro D’Italia.