Lokali

35 sena ilu: l-ewwel pedament għall-ftehim ta’ Schengen

Jum is-sħubija ta' Malta fl-UE - 1/05/2004

Il-Partit Nazzjonalista jingħaqad ma’ diversi partiti sabiex nfakkru li ħamsa u tlettin sena ilu f’belt żgħira ta’ Schengen ttieħdet deċiżjoni vitali fil-ħajja tagħna. Mill-14 ta’ Ġunju 1985 ġie mqiegħed il-pedament sabiex diversi ċittadini Ewropej jkun jistgħu jsiefru minn stat għall-ieħor b’ferm inqas problemi minn qabel, b’veloċità akbar. Pass konkret li ggarantixxa aħjar l-libertà tal-moviment ta’ miljuni ta’ persuni.


Pajjiżna wara s-sħubija għaqlija tiegħu fl-Unjoni Ewropea u mertu tax-xogħol li sar taħt Gvern Nazzjonalista mmexxi mill-Prim Ministru Lawrence Gonzi ħa d-deċiżjoni eċċellenti li jidħol u jsir parti minn din is-sistema mill-21 ta’ Dicembru 2007.


Minn dik il-ġurnata sar gwadann qawwi għall-Maltin u Għawdxin. Illum hemm vantaġġi varji li s-sistema tagħti liċ-ċittadin, in-negozjant u l-forzi tal-ordni. Anke jekk fil-mument huma sospiżi dan ma jfissirx li fil-futur bil-kawtela u l-pariri mediċi ma għandhomx jiġu lura għan-normal.


Għalhekk f’dan il-jum importanti, l-Partit Nazzjonalista jfakkar u fl-istess ħin jiċċelebra li għal dawn l-aħħar tlettax-il-sena l-poplu seta’ jmur fejn irid f’sitta u għoxrin stat Ewropew mingħajr l-komplikazzjonijiet, l-umiljazzjonijiet u d-diffikultajiet li konna ngħaddu minnhom qabel. L-ħidma t-tajba li saret għadha tagħti l-frott.