Futbol Sport

Bayer Leverkusen isalvaw punt u jitilgħu waħedhom fir-raba’ post tal-Bundesliga

(Ritratt: EPA)

Minkejja li ġew miżmuma fi draw ta’ 1-1 minn Schalke, Bayer Leverkusen jinsabu waħedhom fir-raba’ post tal-klassifika. B’hekk huma baqgħu b’ċans tajjeb li jiksbu post fil-UEFA Champions League staġun ieħor hekk kif fadal tliet logħbiet għal tmiem il-kampjonat. Fuq in-naħa l-oħra, Schalke ħolqu rekord negattiv tal-klabb hekk kif ilhom ma jirbħu 13-il logħba.

Kienu Schalke li fetħu l-iskor fil-51 minuta minn penalty ta’ DANIEL CALIGIURI wara li r-referee ordna penalty minħabba li ġġudika li Edmond Tapsoba mess il-ballun b’idu fil-kaxxa. Bayer Leverkusen ġabu d-draw fil-81 minuta bi kross ta’ Wendell destinat lejn Paulinho, ikun antiċipat minn Juan Miranda iżda l-ballun spiċċa daħal fix-xibka tiegħu stess.

F’logħba oħra, Augsburg kisbu rebħa fondamentali fit-taqtigħa kontra r-relegazzjoni. Huma għelbu lil Mainz 1-0 barra minn darhom f’dak li kien konfront dirett. Il-gowl li fired liż-żewġ timijiet wasal wara biss 43 sekonda meta FLORIAN NIEDERLECHNER irċieva l-ballun minn daqqa ta’ ras ta’ Carlos Gruezo u ħabbat il-ballun li qabeż lill-gowlkiper Florian Müller.

Bundesliga

Illum: Mainz v Augsburg 0-1, Schalke v Bayer Leverkusen 1-1