Lokali

Chris Cardona jgħid li mhux se jirreżenja minn Deputy Leader

F’intervista ma’ The Malta Independent jagħmilha ċara li ser jibqa’

Chris Cardona mhux ser jirreżenja minn Deputy Leader tal-Partit Laburista. Dan saħqu f’intervista mal-ġurnal The Malta Independent jekk hux ser ikun qed jirreżenja huwa saħaq li le.

Dan ftit tas-sigħat wara li l-Prim Ministru Robert Abela falla milli jwieġeb jekk hux ser ikun qed jieħu d-deċiżjoni huwa stess ġaladarba Cardona jirrifjuta li jirreżenja, iżda qal li huwa konvint li Chris Cardona ser ikun qed jieħu l-aħjar deċiżjoni li hemm bżonn tittieħed.

Ritratt: Joe Francalanza

Dan fid-dawl li isem Chris Cardona ssemma diversi drabi waqt ix-xhieda tal-kumpilazzjoni tal-evidenza marbut mal-każ tal-omiċidju ta’ Daphne Caruana Galizia. L-allegazzjonijiet qed jitqiesu bħala xokkanti, b’Cardona jiċħadhom kategorikament u jgħajjat għal frame-up.

Il-kejl ta’ Robert Abela huwa wieħed differenti fil-każ ta’ Chris Cardona l-għaliex meta ġie msemmi l-eks Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar dan tneħħa minn konsulent tal-Gvern b’mod immedjat.