Lokali

Il-poplu għandu dritt li jkollu stampa ċara – PN

Minn dak li deher dalgħodu fil-midja jidher ċar li l-Gvern fl-aħħar jiem irċieva r-rapport tal-Kummissjoni Venezja dwar ir-riforma li hemm bżonn issir fl-istituzzjonijiet tagħna, u żammu mistur.

Hekk sostna il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għal Għawdex u r-Riformi Kostituzzjonali, Chris said fi stqarrija maħruġa f’isem il-Partit Nazzjonalista.

Chris Said qal li l-Gvern għażel li jgħaddi dak li jrid lill-midja iżda ma ppubblikax dak kollu  li rċieva.

Sakemm il-Gvern ma jridx jkompli jkasbar lil pajjiżna u ma jridx ikompli jilgħab logħba perikoluża bl-istituzzjonijiet tagħna għall-gwadann politiku tiegħu, l-Oppożizzjoni tinsisti  li  immedjatament għandu jippubblika dak kollu li rċieva fl-ahhar jiem mingħand il-Kummissjoni Venezja, temmet tgħid l-istqarrija tal-PN.