Lokali

Inċident tat-traffiku f’Ħal Luqa – tfajjel ta’ sentejn l-Isptar

L-Isptar Mater Dei - Mill-Arkivji

Tfajjel ta’ sentejn jinsab taħt osservazzjoni fl-Isptar Mater Dei wara li vettura li kien passiġġier fiha kienet involuta f’inċident tat-traffiku.

L-inċident seħħ il-Ħadd filgħodu għall-ħabta tal-10.30a.m. fir-roundabout li jgħaqqad Triq l-Avjazzjoni ma’ Triq Garibaldi meta s-sewwieq ta’ vettura tat-tip Range Rover, raġel ta’ 31 sena minn San Pawl il-Baħar, għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-vettura u baqa’ dieħel f’ħajt.

Tim mediku assista lir-raġel u lit-tfajjel b’dan tal-aħħar jittieħed l-Isptar Mater Dei sabiex ikun eżaminat għal xi ġrieħi li seta’ ġarrab u li ma kienux fid-deher. Kelliem għall-Pulizija qal li s-sewwieq ma sofra ebda ġrieħi.

Il-vettura ġarrbet ħsarat konsiderevoli.

Ikkummenta