Lokali

Jott jieħu n-nar f’Għawdex

Għall-ħabta tas-1:30pm għal xi raġun mhux magħrufa, jott ħa n-nar qrib iż-żona ta’ San Blas f’Għawdex. Din iz-żona hi magħrufa aħjar bħala ‘Daħlet Qorrot’

Kienu bosta li raw duħħan iswed ħiereġ mill-jott u ssejħet l-assistenza fejn ftit wara dagħjsa P21 waslet fejn bdiet ħidma biex jintefa’ n-nirien.

Dan il-ħidma jidher li kienet suċċess għaliex b’xorti tajba ħadd ma weġġa’ għalkemm evidentalment il-jott għandu ħsara kbira kawża tan-nirien.

Il-pulizija għadha qed tinvestiga x’seta’ wassal għal dan.