Coronavirus Internazzjonali

Mill-ġdid tħassib f’Ruma minħabba t-trażmissjoni tal-Coronavirus

Fiċ-Ċina, kien hemm 57 każ ġdid; ilu ma jiġri hekk minn April

Diversi zoni tar-Reġjun tal-Lazio jinsabu taħt għajnejn l-awtoritajiet tas-saħħa wara li f’żewġ każi separati instab konċentrazzjoni ta’ persuni morda bil-Coronavirus. Iż-żewġ hotspots jinsabu fi sptar ftit il-barra miċ-ċentru storiku ta’ Ruma u fi blokka ta’ appartamenti f’Garbatella – fejn hemm grupp ta’ persuni mill-Amerika Latina.

Fl-aħħar sigħat f’Ruma kien hemm ‘il fuq minn 100 każ ta’ Coronavirus, li minnhom mietu 5.

Intant, fiċ-Ċina qed jikber it-tħassib dwar il-possibbiltà tat-tieni mewġa tal-pandemija. F’ġurnata waħda kienu reġistrati 57 każ; l-akbar numru sa minn April.

Il-każ ta’ Covid-19 madwar id-dinja qed iqarrbu t-8 miljuni.